Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library
Ioannes Paulus PP. II
Ceremonja ta' merhba

IntraText CT - Text

  • Text

Click here to hide the links to concordance

Sur President

Membri tal-Gvern

Huti Isqfijiet,

 

Sinjuri,

 

Bi gratitudni mill-qalb lil Alla, ninsab ghat-tieni darba fuq art Maltija. Il-pellegrinagg gubilari li qed naghmel fl-elfejn anniversarju tat-twelid ta' Gesu' Kristu wassalni Malta. Wara li zort xi postijiet li ghandhom x'jaqsmu b'mod specjali ma' l-istorja tas-salvazzjoni, f'sinai, fl-art imqaddsa, u issa f'Ateni u f'Damasku, l-pellegrinagg tieghi fil-passi ta' San Pawl igibni ghandkom.

 

Grazzi, Sur President, ghall-istedina li ghamiltli f'isem il-poplu Malti. Grazzi tal-kliem helu ta' merhba li tajtni llum. Ninsab grat wkoll lejn il-membri distinti tal-parlament, l-aworitajiet civili u militari, l-membri tal-korp diplomatiku, u lejn dawk kollha li qed jonoraw din l-okkazjoni bil-presenza taghhom.

 

B'imhabba f'Alla, nsellem lill-ArcIsqof Mercieca, 'l-Isqof Cauchi, u 'l-Isqof Awziljarju Depasquale, kif ukoll lill-isqfijiet l-ohra prezenti, xi whud jirraprezentaw il-vokazzjoni missunarja tal-Knisja Maltija, filwaqt li ohrajn gejjin min-nisel ta' emigranti Maltin. Insellem lis-sacerdoti, lid-djakni, 'l-irgiel u nisa religjuzi; u b'mod partikulari liz-zghazagh li qed jihejjew biex jaqdu 'l Alla fis-sacerdozju u fil-hajja konsagrata. Insellem lill-katekisti u 'l dawk kollha li jghinu b'mod attiv il-missjoni tal-Knisja.

 

Fi kliem il-patrun taghkom San Pawl insellem lill-poplu Malti kollu minghajr eccezzjoni: 'grazzja lilkom u sliem minn Alla Missierna u Sidna Gesu' Kristu.' (fil. 1:2).

 

Qed ingib quddiem ghajnejja l-ewwel zjara tieghi hdax-il sena ilu. Niftakar il-laqghat tieghi mas-sacerdoti u mar-religjuzi, mal-haddiema, ma' l-intellettwali, mal-familji u maz-zghazagh. Niftakar il-konkattidral ta' San Gwann, il-belt, is-santwarji Marjani tal-Mellieha, u ta' Pinu fil-gzira ta' Ghawdex. Niftakar il-bajja u l-gzejjer ta' San Pawl, u b'mod partikulari l-grotta l-antika meqjuma bhala l-post fejn qaghad l-appostlu.

 

Fuq kollox niftakar il-fidi u l-entuzjazmu tal-Maltin u ta' l-Ghawdxin. San Pawl wasal Malta bhala prigunier fi triqtu lejn Ruma, l-post fejn ha l-martirju. Hawnhekk, lilu u lil shabu nawfragi laqghuhom - kif naraw fl-atti ta' l-appostli 'bi tjubija liema bhalha' (28:2). Hawnhekk ta xhieda ta' Kristu u fejjaq lil missier Publiju u lil nies ohra fil-gzira li kienu morda (ara atti 28:8). 'It-tjubija ta' Alla, salvatur taghna, u l-imhabba tieghu' (titu 3:4) iltaqghet mat-tjubija tal-Maltin. Ghal zewg millennja bqajtu fidili lejn is-sejha li harget minn dik il-laqgha singulari. Illum is-successur ta' Pietru jixtieq iwettaqkom fl-istess fidi, u iheggigkom fl-ispirtu ta' tama u mhabba nisranija. Jitlob biex, bhal missirijietkom, intom ukoll taghtu frott tajjeb u bil-bosta. Sigar tajba jaghtu hafna frott tajjeb (ara Matt. 12:33-35), bhalma kien il-kaz tal-venerabbli qaddejja ta' Alla li ghada bil-ferh kollu se niddikjara beati.

 

Il-pozizzjoni ta' Malta fl-Ewropa u fil-Mediterran taghmilha eredi, b'mod specjali, ta' tradizzjoni kulturali sinjura, li l-qalb taghha hi l-umanizmu tal-vangelu. F'dinja li qieghda tfittex dawl li b'mod cert jiggwida l-bdil li ghaddejja minnu, ghandkom wirt spiritwali u morali kapaci perfettament biex ifejjaq u jgholli d-dinjita' tal-persuna umana, biex isahhah in-nisga tas-socjeta', u biex izzejjen l-attivita' umana b'sens u tifsir aktar profond (ara gaudium et spes, 40). Dan hu l-gherf u l-intuwitu' li Malta tista' toffri lill-era gdida storika li qeghda titfacca bil-mod izda fiz-zgur. Gheziez hbieb Maltin, ghozzu s-sejha nisranija! Kunu kburin tal-wirt religjuz u kulturali! harsu lejn il-gejjieni b'tama, u imxu b'hegga gdida biex taghmlu dal-millenju gdid zmien ta' solidarjeta' u paci, ta' mhabba ghall-hajja u rispett ghall-holqien t'AllaFdajt il-pellegrinagg tieghi fil-protezzjoni tal-imqaddsa vergni Marija u ta' l-appostlu Pawlu. Insejjah l-intercessjoni taghhom fuq dawk kollha li jghammru f'Malta u Ghawdex! Kunu kollha imbierkin, b'mod partikulari il-morda, l-anzjani u dawk kollha li qed ibatu fil-gisem u fl-ispirtu. Il-Mulej ibierek il-poplu kollu ta' Malta u ta' Ghawdex!

 





Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library

Best viewed with any browser at 800x600 or 768x1024 on Tablet PC
IntraText® (V89) - Some rights reserved by EuloTech SRL - 1996-2007. Content in this page is licensed under a Creative Commons License