4.Filwaqt li l-pellegrinaġġ
ġubilari tiegħi jasal fit-tmiem, jien nafda solennement il-popli
tal-postijiet li żort fil-ħarsien mimli mħabba ta’Alla
l-għoli. Fil-postijiet marbuta mal-anniversarju tal-elfejn sena mit-twelid
tas-salvatur jien ittamajt u tlabt għal tiġdid qawwi tal-fidi fost
l-insara. Xtaqt li nqawwi lil kull min jemmen u lill-popli ta’ rieda tajba
biex jiddefendu l-ħajja, iġibu ‘l quddiem ir-rispett lejn
id-dinjità ta’ kull bniedem, iħarsu l-familja minn tant theddid ta’
kuljum, jiftħu qalbhom għall-fqar u l-imġarbin tad-dinja, u jaħdmu
għal ordni internazzjonali mibni fuq ir-rispett lejn l-ordni legali u fuq
is-solidarjetà ma’ l-inqas ixxurtjati.
Dan
huwa wkoll ix-xogħol u l-idejal li nħalli lilkom,
għażiż poplu Malti.
Fl-atti ta’ l-appostli, San Luqa jikteb li l-Maltin “taw
lil San Pawl u lil sħabuh minn kull xorta ta’ ġid u meta ghumah
ġew biex jitilqu, għabbew fuq il-ġifen kull ma ghumah kienu jeħtieġu”
(atti 28,10). Spiritwalment
jien kelli wkoll l-istess esperjenza, u ser nitlaq waqt li nfaħħar
lil alla f’qalbi għalikom ilkoll.
Grazzi, Malta.
Il-bambin iberikkom ilkoll! Jalla l-mulej iberikkom!
|