Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library
Ioannes Paulus PP. II
Cerimonja tat-tluq

IntraText CT - Text

  • 1
Previous - Next

Click here to show the links to concordance

Sur President,

Sur Prim Ministru,

L-Eċċellenza tagħhom,

Għażiż poplu ta’ malta,

 

1.Bħala s-suċċessur ta’ Pietru jeħtieġli mmur lura ruma, is-sede ta’ Pietru, u lejn id-dmirijiet tiegħi bħala ragħaj tal-Knisja universali.

Imma mhux ser ninsa din iż-żjara lill-gżejjer maltin. Fuq kollox mhux ser ninsa lill-poplu malti. Grazzi talli konti parti mill-pellegrinaġġ ġubilari tiegħi fuq il-passi ta’ San Pawl! F’din il-“ġografija ta’ salvazzjoni”!

Fi tmiem ta’ l-ewwel żjara tiegħi, jien għidtilkom li mal-wasla tiegħi f’Ruma kont ser ngħid lill-appostlu Pawlu li l-Maltin kienu “poplu Kattoliku tajjeb”. Issa, ser ngħid lill-patrun tagħkom li għadkom tkompli tagħmlu dak li ried hu: “titqabdu t-taqbida tajba tal-fidi; tqisu li tirbħu l-ħajja ta’ dejjem li għaliha kontu msejħa” (1 Tim 6,12), bħalma l-beatu Dun Gorġ, il-beatu Nazju u l-beata Adeodata għamlu. Inħalli f’idejkom biex timxu fuq l-eżempju tagħhom, u nirrikmandakom għall-interċessjoni tagħhom.

 




Previous - Next

Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library

Best viewed with any browser at 800x600 or 768x1024 on Tablet PC
IntraText® (V89) - Some rights reserved by EuloTech SRL - 1996-2007. Content in this page is licensed under a Creative Commons License