| Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library |
| Ioannes Paulus PP. II Cerimonja tat-tluq IntraText CT - Text |
|
|
|
2.Grazzi, Sur President, għat-tjubija li personalment urejt tul iż-żjara tiegħi għad li qasira. Il-gratitudni tiegħi tmur anke lejn il-Prim Ministru u l-Gvern, il-forzi armati u l-pulizija, u lejn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor assistew għal dan il-pellegrinaġġ tiegħi. Naf li dan għamiltuh b’sagrifiċċju u bi mħabba. Inroddilkom ħajr minn qalbi. Iż-żjara tiegħi kienet waqt ta’ komunjoni ntensa mal-Arċisqof Mercieca, l-isqof Cauchi u l-isqof Depasquale, u mal-qassisin, reliġjużi u l-lajċi. Lill-knejjes ta’ Malta u Għawdex ngħidilkom biss dan: kunu lejali lejn San Pawl, il-missier tagħkom fil-fidi f’dawn il-gżejjer, ibqgħu f’għaqda sħiħa ma’ Pietru u mal-Knisja universali. B’dan il-mod tkunu dejjem lejali lejn Kristu. 3.Malta hija fiċ-ċentru tal-Mediterran. Għalhekk, intom għandkom vokazzjoni unika li tkunu bennejja tal-pontijiet bejn il-popli tal-baċir tal-Mediterran, bejn l-Afrika u l-Ewropa. Il-futur tal-paċi fid-dinja jiddependi fuq li jissaħħaħ id-djalogu u l-ftehim bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet. Komplu fit-tradizzjonijiet tagħkom ta’ ospitalità, u komplu fl-impenn nazzjonali u internazzjonali tagħkom b’risq il-libertà, il-ġustizzja u l-paċi.
|
Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library |
Best viewed with any browser at 800x600 or 768x1024 on Tablet PC IntraText® (V89) - Some rights reserved by EuloTech SRL - 1996-2007. Content in this page is licensed under a Creative Commons License |