| Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library |
| Ioannes Paulus PP. II Cerimonja tat-tluq IntraText CT - Text |
|
|
|
4.Filwaqt li l-pellegrinaġġ ġubilari tiegħi jasal fit-tmiem, jien nafda solennement il-popli tal-postijiet li żort fil-ħarsien mimli mħabba ta’Alla l-għoli. Fil-postijiet marbuta mal-anniversarju tal-elfejn sena mit-twelid tas-salvatur jien ittamajt u tlabt għal tiġdid qawwi tal-fidi fost l-insara. Xtaqt li nqawwi lil kull min jemmen u lill-popli ta’ rieda tajba biex jiddefendu l-ħajja, iġibu ‘l quddiem ir-rispett lejn id-dinjità ta’ kull bniedem, iħarsu l-familja minn tant theddid ta’ kuljum, jiftħu qalbhom għall-fqar u l-imġarbin tad-dinja, u jaħdmu għal ordni internazzjonali mibni fuq ir-rispett lejn l-ordni legali u fuq is-solidarjetà ma’ l-inqas ixxurtjati. Dan huwa wkoll ix-xogħol u l-idejal li nħalli lilkom, għażiż poplu Malti. Fl-atti ta’ l-appostli, San Luqa jikteb li l-Maltin “taw lil San Pawl u lil sħabuh minn kull xorta ta’ ġid u meta ghumah ġew biex jitilqu, għabbew fuq il-ġifen kull ma ghumah kienu jeħtieġu” (atti 28,10). Spiritwalment jien kelli wkoll l-istess esperjenza, u ser nitlaq waqt li nfaħħar lil alla f’qalbi għalikom ilkoll. Grazzi, Malta. Il-bambin iberikkom ilkoll! Jalla l-mulej iberikkom!
|
Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library |
Best viewed with any browser at 800x600 or 768x1024 on Tablet PC IntraText® (V89) - Some rights reserved by EuloTech SRL - 1996-2007. Content in this page is licensed under a Creative Commons License |