Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library

Stqarrija Universali Dwar Il-Jeddijiet Tal-Bniedem

IntraText CT - Text

Previous - Next

Click here to hide the links to concordance

L-Artiklu 25.

1.        Kulħadd għandu l-jedd għal livell ta' ħajja suffiċjenti biex jiżguralu saħħtu, għajxien tajjeb għalih u għall-familja tiegħu, speċjalment f'dak li hu ikel, ilbies, dar, kura medika kif ukoll servizzi soċjali meħtieġa; għandu wkoll il-jedd għas-sigurtà f'każ ta' qgħad, mard, mankament, armla, xjuħija u fil-każi l-oħra meta minħabba ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom jitlef il-mezzi tal-għajxien.

2.        L-ommijiet u t-tfal għandhom il-jedd għal kura u għajnuna speċjali. It-tfal kollha, kemm jekk twieldu fiż-żwieġ, kemm barra minnu, għandhom igawdu l-istess protezzjoni speċjali.




Previous - Next

Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library

IntraText® (V89) Copyright 1996-2007 EuloTech SRL