Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library

Stqarrija Universali Dwar Il-Jeddijiet Tal-Bniedem

IntraText CT - Text

Previous - Next

Click here to show the links to concordance

Daħla

Billi l-għarfien tad-diniità proprja tal-membri kollha tal-familja umana u tad-drittijiet tagħhom ugwali li ma jistgħux jitteħdulhom hu ssies tal-ħelsien, tal-ħaqq u tal-paċi fid-dinja,

Billi t-tkasbir u ż-żebliħ tal-jeddijiet tal-bniedem ġabu magħhom għemejjel kiefra li weġghu l-kuxjenza ta' l-umanitŕ, u l-miġja ta' dinja fejn il-bnedmin ikunu ħielsa li jitkellmu u jemmnu, meħlusa mill-biża' u mill-miżerja, kienet proklamata bħala l-ogħla xewqa tal-bniedem,

Billi hu essenzjali li l'jeddijiet tal-bniedem ikunu mħarsa bil-ħakma tal-liġi biex il-bniedem ma jkunx imġiegħel, fl-aħħar mill-aħħar, li jqum kontra t-tirannija u l-moħqrija,

Billi hu essenzjali li jkun omħeġġeġ l-iżvilupp ta' relazzjonijiet ta' ħbieb bejn il-gnus,

Billi fl-Istatut il-popli tal-Gnus Magħquda xandru mill-ġdid il-fisi tagħhom fil-jeddijiet fondamentali tal-bniedem, fid-dinjità u s-siwi tal persuna umana, fil-jeddijiet ugwali tar-rġiel u tan-nisa, u qatgħuha li jġibu 'l quddiem il-progress socjali u joħolqu kondizzjonijiet aħjar talħajja f'libertà akbar,

Billi l-Istati Membri wiegħdu biex, flimken ma' l-Orgaznizzazzjoni tal-Gnus Magħquda, jiżguraw ir-rispett universali u effettiv tal-jeddijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali,

Billi fehma komuni ta' dawn il-jeddijiet u l-libertajiet hi ta' l-akbar importanza għat-twettiq sħiħ ta' din il-wegħda,

Għalhekk, l-ASSEMBLEA GENERALI xxandar DIN L-ISTQARRIJA UNIVERALI TAL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM bħala għan komuni biex jitlaħaq mill-popli u mill-ġnus kollha, ħalli kull bniedem u kull organu tas-soċjetà, billi jżommu dejjem quddiemhom din l-istqarrija, iħabirku biex bit-tagħlim u bl-edukazzjoni jġibu 'l quddiem ir-rispett għal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet u biex jiżgurawlhom, b'miżuri progressivi nazzjonali u internazzjonali, il-għarfien u l-ħarsien universali u effettiv, kemm fost il-popli ta' l-Istati Membri nfushom, kif ukoll fost dawk ta' l-artijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.




Previous - Next

Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library

IntraText® (V89) Copyright 1996-2007 EuloTech SRL