| Table of Contents | Words: Alphabetical - Frequency - Inverse - Length - Statistics | Help | IntraText Library |
Stqarrija Universali Dwar Il-Jeddijiet Tal-Bniedem IntraText CT - Text |
1. Kulħadd għandu l-jedd għall-edukazzjoni. L-edukazzjoni għanda tkun b'xejn, għallinqas fil-gradi elementari u fondamentali tagħha. L-edukazzjoni elementari għanda tkun obbligatorja. L-edukazzjoni teknika u professionali għandu jkun jista' jagħmel użu minnha kulħadd; l-edukazzjoni universitarja għandha tkun miftuħa b'mod ugwali għal dawk kollha li jistħoqqilhom.
2. L'edukazzjoni għanda jkollha bħala għan l-iżvilupp sħiħ tal-personalitŕ umana u li ssaħħaħ ir-rispett għall-jeddijiet u għal-libertajiet fondamentali tal-bniedem. Hi għandha tħeġġeġ il-ftehim, it-tolleranza u l-ħbiberija fost in-nazzjonijiet, ir-razez jew il-gruppi reliġjużi kolha u għandha tmexxi 'l quddiem il-ħidmiet tal-Gnus Magħquda għaż-żamma tal-paċi.
3. Il-ġenituri għandhom l-ewwel jedd li jagħżlu l-għamla ta' edukazzjoni li tingħata 'l uliedhom.